Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Membri Martri tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M.

  Salvu Bugeja

 Salvu Bugeja

 

 Fil-21 t'Awissu 1962, is-Sur Salvu Bugeja, tas-Sassori fl-eta ta' 18 il-sena, miet tragikament waqt li  kien nizel bir-rota jġorr xi materjal tan-nar minn Triq San Mikiel għall-Misraħ Churchill. Huwa ġie trasportat lejn l-isptar San Luqa.

Il-funeral sar fit-22 t'Awissu 1962 mill-isptar San Luqa fejn kien imwassal mill-Viċi Parroku Dun Leonardo Mallia u l-familjari sa Triq Santa Katarina. Membri tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. imxew wara l-istandart sal-knisja Matriċi u Arċipretali fejn saret quddiesa presente katavre. Iċ-Ċelebrant kien  l-Arċipriet Dun Pawl Pace li niseġġ omelija u kien assistit minn Dun Salv Farrugia u Dun Nazzareno Tonna bħala ministri.

Kif intemmet il-quddiesa, il-katavru twassal saċ-ċimiterju ta' San Leone għad-difna assistit minn Dun Leonard Mallia Viċi Parroku, u l-familjari u l- membri tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.

 

 Guzeppi Sammut Karmenu Sammut
 

 L-Ahwa Guzeppi u Karmenu Sammut

 

Id-data tas-17 ta' Lulju 1971 zgur tibqa' mfakkra bhala wahda mill-granet koroh fl-istorja tas-Socjeta', ghax ezatt fis-1.30pm, spluzjoni qawwija ghezzet ir-rahal.

Barra l-herba li halliet din l-ispluzjoni fil-kamra tan-nar tas-Socjeta', kellna nirregistraw it-telfa tragika ta' l-Ass. Segretarju s-Sur Guzeppi Sammut u dik ta' huh Karmenu.

Fil-funeral li sar il-Hadd 18 ta' Lulju 1971, l-Banda Santa Katarina wasslithom bid-daqq ta' marci funebri minn Triq Dun Guzepp Zammit sal-Knisja Arcipretali.

Giet iccelebrata quddiesa kantata bil-vucijiet, u saret id-difna fic-cimiterju ta' San Leone, Bubaqra.

 

 

Angelo CamilleriAngelo Camilleri

Angelo Camilleri (il-Baġġlu) inħaraq b'xi materjal tan-nar viċin il-post tan-nar fil-25 t'Awissu 1978.  Huwa ġie meħud l-isptar San Luqa għall-kura.  Is-Sibt 2 ta' Settembru 1978, lejlet il-festa ta' Santa Katarina V.M., tħabbret il-mewt tiegħu.

Il-funeral sar it-Tnejn 4 ta' Settembru 1978, l-għada tal-festa titulari, fejn ħadet sehem il-Banda Santa Katarina V.M. immexxija mis-Surmast Espedito Deguara minn Triq Dun Ġużepp Zammit sal-Knisja Matriċi u Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. Huwa kien akkumpanjat minn diversi membri tal-Każin wara l-istandart tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.

Saret quddiesa konċelebrata mill-Arċipriet Dun Pawl Pace, li niseġ omelija, u saċerdoti oħra.

Wara, il-katavru ġie trasportat fiċ-ċimiterju ta' San Leone għad-difna.  Ix-xalata ta' wara l-festa tħassret b'rispett lejn it-telfa ta' Angelo Camilleri.

 

 

 

Nazzareno Barabara

 

Fil- 15 ta' Novembru 2007 fin- 12.30pm sehhet sluzjoni f'wahda mill-kmamar tal-post tan-nar tas-Socjeta taghna. Dak il-hin Nazzareno tilef hajtu.

 Nhar is-17 ta' Novembru 2007, sar il-funeral tieghu. Fis-1.30p.m. il-katavru nhareg mill-isptar San Luqa akkumpanjat minn Dun Raymond Cassar, il-Vici Parroku, il-familjari u l-hbieb. Fis-2.00p.m. beda korteo minn Triq Dun Guzepp Zammit akkunpanjat mill-Banda Santa Katarina V.M. li kienet immexxija mill-Ass. Surmast Mario Testa F.Mus., E.I.H.E.(H.C.). Il-Katavru kien merfugh mill-familjari u minn shabu li jahdmu nar, u membri tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M.. X'hin twassal quddiem il-Kazin tal-Banda Santa Katarina V.M., il-bieb gie miftuh, ir-reffiegha dawruh ghal ftit hin lejn il-Kazin u gew mitfugha xi fjuri mill-gallerija. Komplew mexjin sa quddiem l-istatwa ta' Santa Katarina u l-katavru rega' gie mdawwar lejn l-istatwa. Wara l-katavru mxew il-familjari, Ministri u Membri Parlamentari, membri mill- Ferghat kollha tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M., rapprezentanti ta' Ghaqdiet Civici u Politici taz-Zurrieq, diversi Socjetajiet Muzikali wara l-istandardi taghhom, fosthom l-Ghaqda Karmelitana u ohrajn. Waqt li kien miexi l-korteo inharaq salut ta' 21 murtal.

Fil-Knisja Matrici u Arcipretari ta' Santa Katarina V.M. saret quddiesa koncelebrata minn 14 il-Sacerdot fejn l-Arcipriet Dun Charles Attard kien il-Prim Koncelebrant.

Lejn tmiem il-quddiesa l-Arcipriet irringrazzja lil kullhadd. Fl-ahharnett l-Arcipriet bierek il-katavru u incensah u wara twassal sac-Cimiterju ta' San Leone minn Dun Raymond Cassar. Waqt id-difna li saret fil-qabar tal-familja, kienu prezenti  l-familjari, membri tal-Kumitat Centrali tas-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M. u ohrajn.

 Il-bnadar ittajru mezz'asta fuq il-kazini kollha fuq il-bini tal-Kunsill Lokali u ma' l-arbli ta' diversi djar.

 

 

 

 

Alfred Cassar Alfred Cassar

 

Fil-15 ta' Novembru 2007, fin-12.30p.m. sehhet spluzjoni f'wahda mill-kmamar tal-post tan-nar tas-Socjeta' taghna. Dak il-hin Alfred Cassar wegga gravi, u gie transportat lejn l-isptar San Luqa. Fis- 26 ta' Novembru 2007 thabbret il-mewt tieghu li grat fl-isptar Mater Dei.

Il-funeral tieghu sar nhar it-28 ta' Novembru 2007. Fis-1.30p.m. il-katavru nhareg mill-isptar Mater Dei u kien akkumpanjat minn Dun Raymond Cassar , il-Vici Parroku, il-familjari u hbieb. Fis-2.00p.m. beda korteo minn Triq Dun Guzepp Zammit akkumpanjat mil-Banda Santa Katarina V.M. li kienet immexxija mill-Ass. Surmast Mario Testa F.Mus., E.I.H.E. (H.C.). Il-katavru kien merfugh mill-familjari u minn shabu li jahdmu n-nar, membri tas-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M. X'hin twassal quddiem il-Kazin tal-Banda Santa Katarina V.M., il-bieb gie miftuh, ir-reffiegha dawruh ghak ftit hin lejn il-Kazin u gew mitfugha xi fjuri mill-gallerija. Komplew mexjin sa quddiem l-istatwa ta' Santa Katarina u l-katavru rega' gie mdawwar lejn l-istatwa. Wara l-katavru mxew il-familjari, Ministri u Membri Parlamentari, membri mill-Ferghat kolha tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M., raprezentanti ta' Ghaqdiet Civici u Politici taz-Zurrieq diversi Socjetajiet Muzikali wara l-istandarti taghom, fosthom l-Ghaqda Karmelitana u ohrajn. Waqt li kien miexi l-korteo inharaq salut ta' 21 murtal.

Fil Knisja Matrici u Arcipretali ta' Santa Katarina V.M. saret Quddiesa koncelebrata minn 14 il-Sacerdot fejn l-Arcipriet Dun Charles Attard kien il-Prim Koncelebrant.

Lejn tmiem il-quddiesa, l-Arcipriet irringrazzja lil kullhadd. Fl-ahharnett l-Arcipriet bierek il-katavru u ncensah, u wara twassal sac-Cimiterju ta' San Leone minn Dun Raymond Cassar. Waqt id-difna li saret fil-qabar tal-familja. Kienu prezenti l-familjari, membri tal-Kumitat Centrali tas-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M. u ohrajn.

Il-bnadar ittajru mezz'asta fuq il-Kazini kollha, fuq il-bini tal Kunsill Lokali u ma' l-arbli ta' diversi djar

developed by CasaSoft