Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ottubru 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Tħejjija għall-għeluq il-mitejn sena Ssebbaħ it-Tempju Tiegħek

 

Mariano Gerada Jahdem L-Istatwa Titulari

Il-ħolma li l-Knisja taz-Zurrieq takkwista l-vara proċessjonali tagħha bdiet titwettaq fil-bidu tas-seklu dsatax fi żmien il-kappillan Dun Gaetano Buttiġieġ (1802-1816), u l-prokuratur tal-knisja Dun Baskal Bonnici (prokuratur bejn l-1792 u 1803). Imma għall-kummissjoni tal-istatwa titulari, l-kappillan għażel bħala prokuraturi speċjali lill-Mastru Arcangelo Zammit u s-Sur Guiseppe Malli. Dak iz-żmien il-parroċċa u l-fratellanzi tagħha ma kellhomx vari proċessjonali ħlief l-istatwa l-qadima tad-Duluri, u naturlament il-korp sant ta' Santa Klementina. L-anqas ma kienet ħaġa tqila biex jinstab  l-iskultur għaliex dik il-ħabta kien ġie jiddomina x-xena l-iskultur Mariano Gerada (1766-1823) jew kif għadu magħruf sa llum fost iż-Żrieraq il-Marjani, iżda ta' min isemm li fl-istess żminijiet kien hemm wkoll l-iskultur Sigrismondo Dimech (1780-1853).

developed by CasaSoft