Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ġunju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4
5 6 7 8 9 10 11
12 13 14 15 16 17 18
19 20 21 22 23 24 25
26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Il-Banda Santa Katarina V.M. Hija l-Kontinwita' Tal-Ewwel Socjata' Muzikali Li Twaqqfet Fiz-Zurrieq Fis-Sena 1864

 

Il-Banda Santa Katarina V.M. Hija l-Kontinwita' Tal-Ewwel Socjata' Muzikali Li Twaqqfet Fiz-Zurrieq Fis-Sena 1864

 

Fil-Gurnal l-Ordine tal-21 t'April 1865, pagna 4, is-Sur Achille Ferres kiteb hekk: "Ghandna l-pjacir inhabbru, illi f'diversi irhula taghna, qeghdin jigu mwaqqfa ghaqdiet taz-zghazagh ghat-taghlim tal-muzika. Illum nirreferu biss ghal dik taz-Zurrieq, li thaddan 24 zaghzugh, fosthom xi kjerici li f'inqas minn sentejn taht id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Carabott ghamlu progress liema bhalu. Insemmu biss li matul il-festa ta' Santa Katarina li ghaddiet, huma esegwew fil-knisja - Sinfonija, l-Innu, l-Antifona u Tantum Ergo, matul il-jiem tat-Tridu; u fil Gimgha l-Kbira li ghaddiet esegwew dik l-okkazjoni. Dan biex ma nsemmux xogholijiet ohra li huma jdoqqu b'sengha kbira. Hija haga li ma titwemminx, illi dawn iz-zghazagh anqas biss kellhom bidu tal-muzika li f'dan iz-zmien hekk qasir huma lahqu dan il-livell. Terga',uhud minnhom huma rgiel tax-xoghol, bla taghlim, u ghalhekk jisthoqqilhom mertu doppju. Ta' min jinnota b'sodisfazzjon illi dawn iz-zghazagh ma jitharrgux biss f'muzika profana, b'detriment ghal dik sagra, u ta' dan jisthoqqilhom l-akbar gieh. L-ghaqdiet li jinbnew fuq principji religjuzi, ikunu ta' htiega ghall-knisja u pajjizna. Minn naha taghna, ahna nhegguhom biex jimxu ‘l quddiem fil-karriera li qabdu, u x-xoghol taghhom ghad jirnexxi. Fl-istess hin irridu nroddu hajr lill-habrieki Kappillan Dun Vincenz Schembri, li kellu s-sodisfazzjon li taht l-awspiciji tieghu jara tigi mwaqqfa din is-Socjeta', li hu tant inkoraggixxa." Minn dan l-artiklu, li kopja tieghu nsibuha fil-kazin, jidher car li l-origini tas-Socjeta' taghna tmur lura zgur sas-sena1864.

L-ghaqda muzikali li tissemma fl-Ordine, imwaqqfa fl-1864 kienet taghti s-sehem qawwi taghha fil-funzjonijiet tal-knisja. Imma r-rabta ewlenija taghha kienet mac-celebrazzjoni tal-Festa Titulati. Ta' Santa Katarina, mhux fil-knisja biss, imma aktar u aktar fuq barra. L-ghaqda muzikali li tissemma fl-Ordine kienet banda regolari, diretta minn Mro. Luigi Carabott, tant illi fil-kontijiet tal-knisja ghall-Festa Titulari tal- 1864 , din l-ghaqda muzikali giet rikompensata b'50 skud ghas-servizzi taghha fit-Tridu ta' Santa Katarina u ghall-programmi fuq barra matul l-istess Festa Titulari. Is-servizzi taghha fil-knisja kienu limitati biss ghat-Tridu ghaliex sa minn sekli qabel, il-muzika fil-knisja kienet riservata biss ghall- Maestri di Cappella armati b'orkestra piena. L-ghaqda muzikali li tissemma fl-Ordine kienet marbuta mal-festa ta' Santa Katarina.

Minn din l-orkestra s-Surmast Francesco Zammit waqqaf La Filarmonica del Zurrico u fl-1866 bdiet tiehu sehem fil-festa ta' Santa Katarina.

Fis-sena 1875, din il-banda kienet immexxija mis-Surmast Carmelo Zammit u baqghet iddoqq fil-festa fil-festa ta' Santa Katarina sas-sena 1882. Sa dik l-istess sena 1882, minhabba l-partiti tal-festa fiz-Zurrieq, il-banda dejjem qaghdet attenta li tibqa' newtrali. Izda fis-sena 1883, La Filarmonica del Zurrico nqasmet fi tnejn, u wahda minnhom insibuha bl-isem ta' Filarmonica Mannarino diretta mis-Surmast Ignazio Catania li minn dik is-sena kompliet tiehu sehem fil-festa ta' Santa Katarina. Ghall-habta tas-sena 1893, iz-zewg baned li kien hawn fiz-Zurrieq gew XOLTI u twaqqfet banda ohra gdida bl-isem ta' La Concordia, li tfisser l-ghaqda, taht is-Surmast Carmelo Zammit. Fis-sena 1900, il-Kumitat tac-Circolo Santa Caterina V.M. ddelega lis-Surmast Nikola Montebello bhala direttur tal-Orkestra Santa Caterina. Fl-1906, l-Orkestra Santa Caterina, evolviet fil-Banda Santa Katarina taht is-Sumast Francesco Zammit. Fis-sena 1909, din il-banda ghaddiet taht il-bakketta tas-Surmast Nikola Montebello. Fl-1920, il-Kumitat tac-Circolo Zurrico, Socjeta' Filarmonica Santa Caterina, iddelega lis-Surmast Ferdinando Falzon sabiex imexxi l-orkestra Santa Caterina. Fis-sena 1944, is-Sumast Ferdinando Falzoniddecieda li jirtira minn diretturtal-orkestra u gie maghzul is-Sumast Espeditio Deguara li fl-1946 evolva l-orkestra f'banda. Fis-sena 1986 waslet ir-rizenja tas-Surmast Espedito Deguara u gie mahtur is-Surmast Francis Falzon. Is-Surmast Francis Falzon baqa' jmexxi lill-Banda Santa Katarina sas-sena 2008, meta thabbret il-mewt tieghu. Wara gie maghzul is-Surmast Mario Testa.

Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina u l-banda taghha huma t-tnejn il-frott u rizultat dirett u bla ebda interrazzjoni ta' tradizzjoni muzikali, orkestra u banda, li tmur lura sa dik l-ewwel ghaqda msemmija fl-Ordine tal-1865. Socjeta' Muzikali Santa Katarina bejn l-1900-1906, u l-1920-1946, u kienu orkestri ta' klassi kif jixhdu l-okkazjonijiet li fihom hadu sehem. Dan li qed nghidu jikkonferma li l-Banda Santa Katarina V.M. hija kontinwita' tal-Ewwel Socjeta' Muzikali li twaqqfet fiz-Zurrieq fis-sena 1864.

 

Kumitat Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M.

developed by CasaSoft