Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ġunju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4
5 6 7 8 9 10 11
12 13 14 15 16 17 18
19 20 21 22 23 24 25
26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Lejla Maltija

 Palk Lejla Maltija 1993

 

Lejla Maltija 1995Kien it-28 t’Awissu 1993 meta s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti organizzat għall-ewwel darba fiż-Żurrieq, il-Lejla Maltija Grandjuza. Dak in-nhar fil-għodu kienet saret quddiesa għaż-żgħażagħ, saret parata mill-iscouts u sar it-tlugħ ta’ bandiera ġdida mal-arblu t-twil fid-daħla taż-Żurrieq. Filgħaxija kien hemm programm varjat fejn kien hemm mistiedna diversi kantanti Maltin, kif ukoll kien hemm varjeta’ ta’ ikel Malti. Il-Lejla MaltijaPalk minn dejjem kien palk verament oriġinali u l-ewwel palk kien juri fuq naħa mitħna flimkien ma’ għodda użati mill-bdiewa Maltin, filwaqt illi fuq in-naħa l-oħra fuq l-isfond ta’ Blue Grotto kien hemm frejgatina bix-xbieki tas-sajjieda.

Lejla MaltijaDin l-attivta’ stabiliet ruħha fil-Kalendarju sew tas-Sezzjoni Żgħażagħ kif ukoll tas-Soċjeta’ u din tiġi organizzata ta’ kull sena lejlet il-Ħrug min-Niċċa tal-Istatwa Titulari. Mill-1993 sal-lum ġew organizzati 17-il Lejla Maltija (l-unika darba li ma ġietx organizzata kien fl-1998 minħabba li l-Festa ġLejla Maltija 2005iet trasferita għal ftit ġimgħat qabel is-soltu minħabba l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-Pajjiż). L-attrazzjonijiet prinċipali f’din l-attivita’ huma l-palk veru oriġinali li jsir kull sena kif ukoll il-varjeta’ kbira ta’ ikel. Ta’ min isemmi wkoll it-temi ta’ wħud mill-palkijiet li saru matul is-snin; Forti Santa Katarina, Taħt l-Imdina, il-gzejjer ta’ San Pawl, Bieb il-Bombi, Ħaġar Qim, il-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq u ħafna oħrajn.

 

Palk Lejla Maltija 2006

  

  Palkijiet Lejla Maltija 

Lejla Maltija 1993 
 Lejla Maltija 1994
 Lejla Maltija 1995
 Lejla Maltija 1996
 Lejla Maltija 1997
 Lejla Maltija 1999
 Lejla Maltija 2000
 Lejla Maltija 2001
 Lejla Maltija 2002
 Lejla Maltija 2003
 Lejla Maltija 2004
 Lejla Maltija 2005
 Lejla Maltija 2006
 Lejla Maltija 2007
 Lejla Maltija 2008
 Palk Lejla Maltija 2009
 Palk Lejla Maltija 2010

 

 Preparamenti u Divertiment tal-Lejla Maltija       

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
    
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Lejla Maltija
 
  

 

developed by CasaSoft