Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Novembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3
4 5 6 7 8 9 10
11 12 13 14 15 16 17
18 19 20 21 22 23 24
25 26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Kummenti Oħra Fuq L-Istatwa Ta' Santa Katarina

  Kummenti Oħra Fuq L-Istatwa Ta' Santa Katarina

 

Santa Katarina taż-Żurrieq hija waħda mill-isbaħ vari proċessjonali li hawn f'Malta, li-parti ta' fuq tagħha hija skolpita biċċa waħda fl-injam tal-arżnu, iżda mill-qadd l'isfel huwa maħdum minn seratizzi tal-arżnu nkullati flimkien, id-dirgħajn u ras huma maħduma separatament u mminċottjati fil-post u bl-istess wiccmod inħadmet il-maskla tal-wiċċ biex qabel kollox ikunu jistgħu jitpoġġew l-għajnejn. L-ewwel ma' tolqtok f'din l-istatwa hija l-għamla serpentinali u x-xehta neo-gotika  bil-kurvatura ħafifa forma ta' 'S' tawwalija, tipika tax-xogħolijiet tal-Marjani. Oriġinarjament din it-teknika kienet użata mill-iskulturi ġotiċi fis-seklu erbatax bħala mezzeffikaċi biex dawn jevitaw ir-riġidita' u jerrendu x-xogħolijiet tagħhom wisq aktar delikati u grazzjużi. Fl-istatwa ta' Santa Katarina, din l-kurvatura hija bbilanċjata fuq in-naħa ta' fuq mid-driegħ lemini tal-Qaddisa, u fin-naħa t'isfel mis-simbolu tar-rota, li bħal ankra torbot il-figura ‘l isfel. Il-liwja tal-għonq u l-ħarsa ‘l fuq mid-driegħ lemini tal-Qaddisa, il-waqfa tar-rotariglejn bil-qadd immejjel lejn il-lemin, u fuq kollox l-isporġitura tiegħu minn fuq il-minkeb tal-lemin tal-Qaddisa u bl-istess telqa tiegħu għal fuq in-naħa l-oħra. Dan il-mant huwa skolpit b'dixxiplina kbira fuq in-naħa ta' wara tal-istatwa, fejn il-linji u l-kulvaturi huma esegwiti b'arti liema bħala. L-identita tal-istatwa hija mabuta mal-palma u r-rota, l-għeliem tal-martirju tal-martirju tal-Qaddisa, fil-waqt li l-posizzjoni tagħha jixirqilha studju profond għax tirrifletti psikoloġija ta' sfida ta' innoċenza, ta' serjeta', ta' kuraġġ u ta' dipendenza minn statwaAlla,...elementi li huma mfissra fil-bixra żgħażugħa tal-figura, fil-ħarsa ‘l fuq, u fuq kollox mid-driegħ lemini miftugħ fuq is-sider.  L-istatwa  ġiet skolpita b'ilbies semi-orjentali, tonka tawwalija miżmuma b'ċinturinornt taħt is-sider u bil-kmiem sal-minkbejn, u mant irjali li minn fuq l-ispalla u l-minkeb tal-lemin idur ma' d-dahar u l-qadd tal-Qaddisa u jibqa' jintelaq ħelu ħelu sa fuq is-simbolu tar-rota tal-martirju. Ir-regalita' u n-nobilta' tal-istatwa huma mbagħad imfissrin bil-kuruna u bil-mant irjali dekorat fuq in-naħa ta' ġewwa bl-ermellin. Wieħed ma' jistax ma' jsemmix ukoll id-dettalji sbieħ ta' kif inhuma maħduma is-swaba tal-idejn u l-maxtra mifruqa ta' xagħar il-Qaddisa miġbura f'toppu ċkejken minn naħa ta' wara.

Ta' dan il-kapulavur l-iskultur Gerada tħllas is-somma ta' 696 skud u 2 irbgħajja. L-ewwel 260 skud kien għaddihomlu l-kappillan Buttiġieġ nhar it-3 ta' Frar 1804 (200skud) u nhat is-7 t'Awissu 1806 (60 skud). It-tielet pagament ta' 240 skud sar fil-5 ta' Novembru 1818, din id-darba minn idejn il-prokuratur Dun Frangisk Bonnici, li mbagħad għaddielu 100 skud ieħor, probabilment wara li l-istatwa nġiebet iż-Żurrieq. L-aħħar pagament ta' 96 skud u 2 irbgħajja saru ħames snin wara fl-1823, imma ma' sarux lill-iskultur, għax dan kien miet fl-24 ta' Jannar ta' dik is-sena, iżda l-flus tħallsu minflok lill-neputih, Antonio Gerada bħala prelegatarju ta' zijuh.

Il-kontijiet tal-knisja jagħtu wkoll indikazzjoni ċcejkna illi Gerada ma laħħaqx xi dettalji ċkejknin ta' natura sekondarja. Hekk ngħidu aħna l- prokuratur Bonnici ħallas 20 skud, 2 rbgħajja u 10 iħbub lil Guiseppe Said ‘per la zocclatura della statua, legname e manifattura'  ( il-bażi t'isfel tal-istatwa); iktar ċar pero huwa l-ħlas ta' 3 skud, u 10 rbgħajja lill-ħaddied biex invita l-istatwa, xogħol ‘...li suppost għamlu l-imsemmi Sihr. Mariano, iżda li ma' għamilx....' Fil-fatt kieku Gerada tħallas dawk it-3 skudi u 10 rbghajja, kien ikun ħa ezatt is-700 skud li kien ftiehem magħhom fil-kuntratt tal-1803.

developed by CasaSoft