Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2008
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Mro Francis Falzon L.(Mus.) L.C.M., L.R.S.M.

Surmast Francis FalzonIs-Surmast Francis Falzon L.(Mus.) L.C.M., L.R.S.M. ħa t-tmexxija tal-Banda Santa Katarina V.M. mingħand is-Surmast Espedito Deguara A.(Mus.) L.C.M. f'Settembru 1986. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Banda kompliet fit-triq tas-suċċessi u baqgħet tikber fil-popolarita' tagħha.

Francis Falzon twieled iż-Żurrieq fl-10 t' April 1958, minn Salvu u Katarina née Bugeja. Huwa beda l-ewwel studji mużikali fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. għand is-Surmast ta' l-alljevi Mikelang Farrugia. Fl-1977 huwa beda jdoqq il-flawt mal-Banda Santa Katarina V.M. F'Diċembru 1977 huwa beda jieħu l-lezzjonijiet fit-teorija tal-mużika u d-daqq tal-pjanu mingħand il-Professur Charles Zammit. F'Diċembru 1982 huwa kiseb l-ewwel diploma mużikali - A.(Mus.) L.C.M. kif ukoll l-L.R.S.M. Fl-1985 ukoll huwa ġie maħtur Assistent Surmast tal-Banda Santa Katarina V.M. u fl-1986, wara r-riżenja ta' Mro. Espedito Deguara Ġie maħtur Surmast Direttur.

Programmi mportanti għall-Banda Santa Katarina V.M. taħt id-direzzjoni tiegħu kienu t-tnejn li saru fit-Teatru Manoel u dawk li ġew esegwiti waqt iż-żjara li l-Banda Santa Katarina V.M. għamlet fl-okkazjoni tal-Logħob tal-Mediterran li sar fil-Belt ta' Monopoli - Bari f' Ġunju 1997.

Fost il-kompożizzjonijiet tiegħu, minbarra marċi brijużi u ohħajn funebri, insibu:

» Tone Poem: 'Song of the Martyrs'
» Fantasia: 'Fancy for Band'
» Zewg Marci Sinfonici: 'March of Triumph' u 'Festive March'
» Tlett Intermezzi: 'Meditation', 'Romance' u 'Hymn of Praise'
» Zewg Overtures: '125th Anniversary' u '130th Anniversary'
» Polka: 'Merry Christmas'
» Waltz: 'The Great Jubilee'
» Xoghlijiet Religjuzi: 'Salve Regina', 'Ave Maria', Quddiesa, Magnificat
» Antifona: 'Prudens et Vigilans'.

developed by CasaSoft