Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Santa Katarina ta' Lixandra Padruna tal-Filosofi Nsara

Kitba ta' Joe Chetcuti

Ghaliex din il-qaddisa giet maghzula bhala l-patruna u protettrici tal-filosfi nsara? Ir-raguni ewlenija hija li Katarina kienet thobb it-taghlim akkademiku b'imhabba kbira. Santa Katarina V.M. hi assocjata hafna mal-gherf. L-gherf li kellha Katarina ma kienx gherf komuni; kien fi grad gholi hafna. Ghal Katarina t-taghlim kien kwalità ohra ta' virtù. It-taghlim huwa l-isbah ornament li l-bniedem jista' jkollu u Katarina kienet taghmel impenn kbir biex izzid l-gherf taghha. Hija ma kienitx kuntenta li kuljum tkun aktar gharfa imma kienet taghmel uzu mill-gherf taghha billi tghallem lil haddiehor. Mal-gherf akkademiku hija kienet izzid l-gherf spiritwali, it-taghlim religjuz. Ghal din ir-raguni wkoll, bosta skejjel, imxerrdin ma' hafna pajjizi tad-dinja, izommu lil Santa Katarina V.M. bhala l-Patruna taghhom, fosthom l-Universitajiet ta' Siena u ta' Parigi.

Santa Katarina tat glorja kbira lill Alla bix-xhieda illustri taghha meta halliet hajjitha biex ma tichadx il-fidi Nisranija. Dan gara fir-renju ta' Massiminu fil-bidu nett tas-seklu erbgha. It-tradizzjoni tghidilna li din il-Qddisa, li kienet ta' demm nobbli u studjuza kbira, darba wahda qaghdet tiddiskuti ma' numru mdaqqas ta' filosfi pagani dwar l-ezistenza ta' Alla, wiehed u veru. Dawn il-filosfi kienu mqabbdin minn Massiminu biex jikkonfrontaw lil Katarina u jwaqqghulha l-argumenti taghha. Dawn il-filosfi pagani mhux biss ma rnexxielhomx jwaqqghu l-argumenti ta' Katarina, izda raw kemm ir-ragunar ta' Katarina kien validu u dlonk ikkonvertew ghar-religjon nisranija. Dan gab rabja kbira fl-Imperatur Massiminu, li ordna li dawn il-filosfi jigu arrestati u mahruqa. Hija din l-istorja fil-hajja tal-Qaddisa li kompliet ghamlet lil Santa Katarina patruna tal-filosfi, tatteologi, ta' l-istudenti u sahansitra ta' l-avukati.

Fil-fatt nafu li fl-antik diversi universitajiet u fakultajiet, specjalment dawk tat-teologija u tal-filosofija kienu jiccelebraw jum Santa Katarina - il-25 ta' Novembru - b'certa solennità u ma kienitx tonqos xi priedka jew lecture fuq il-qaddisa.

Forsi hawn tajjeb nistiednu lit-tfal u liz-zghazagh biex waqt l-istudju u le zamijiet taghhom jitolbu bil-qalb l-ghajnuna tal-patruna taghhom Santa Katarina Vergni u Martri ta' Lixandra.

talba   Ghaziza mahbuba Santa Katarina Padruna taghna z-Zrieraq,

   Padruna taghna t-tfal u l-istudenti,

   Nitolbuk zommna dejjem taht il-harsien tieghek,

   Sew fil-loghob taghna, fil-ferh u n-niket taghna,

   Fil-mard taghna u fl-istudju taghna.

   La thallina qatt nitbieghdu mill-mahbub tieghek Gesu',

   Ghax daqs kemm habbejtu int nixtiequ li nhobbuh ahna wkoll.

   Amen.

Din it-talba giet miktuba minn tfajjel Zurrieqi Alexander Tanti.

developed by CasaSoft