Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ġunju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4
5 6 7 8 9 10 11
12 13 14 15 16 17 18
19 20 21 22 23 24 25
26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

INTERVISTA MA' FAUSTO ROSSI FUQ RADJU SANTA KATARINA

 

INTERVISTA MA' FAUSTO ROSSI FUQ RADJU SANTA KATARINA

 

Wiehed mill-programmi li qed jixxandar fl-iskeda ta' Radju Santa Katarina huwa l-programm Tutto Sport. Dan huwa programm sportiv li jixxandar LIVE fuq Radju Santa Katarina kull nhar ta' Tnejn mis-6.30p.m. sat-8.15p.m. Dan il-programm jitratta r-rizultati kollha sportivi mix-xena lokali, reklam u promozzjoni ghall-ghaqdiet sportivi taz-Zurrieq, kif ukoll naghtu spazju ghax-xena tal-futbol tal-kampjonati Taljan, Ingliz, Spanjol, u Germaniz. Wara ikun hemm diskussjoni bejn diversi mistiedna tal-programm fejn bhala supporters kulhadd ikollu d-dritt li jaghti l-opinjoni tieghu.

 

Bejn it-22 u l-24 ta' Dicembru 2008 f'Malta, kien hawn il-plejer tal-futbol ta' Juventus, Fausto Rossi. Dan huwa plejer li twieled fl-1990 gewwa Torin u wiehed mill-plejers tal-Primavera ta' Juventus. Barra li huwa plejer tal-Primavera, Fausto Rossi gieli trenja u lghab ukoll mat-tim ta' Juventus trenjat minn Claudio Ranieri. Ghal min segwa l-pre-season 2008/2009, dan il-plejer kien jidher regolarment fil-formazzjoni bianconera u barra minn dan fl-ahhar loghba tal-gruppi tac-Champions League 2008/2009 kontra l-Bate huwa lghab xi ftit minuti.

 

Fuq inizjattiva tas-Sinjuri Manuel Bugeja u Kevin Schembri u grazzi ghall-koperazzjoni tal-Juventus Club Vero Amore ta' Malta, nhar it-Tnejn 22 ta' Dicembru 2008, waqt il-programm Tutto Sport, dan il-plejer gie intervistat LIVE fuq Radju Santa Katarina. Kien ghall-habta tat-8.00p.m. meta permezz ta' telefonata diretta, Fausto Rossi ghadda l-awguri tieghu lis-semmiegha kollha ta' Radju Santa Katarina. Barra minn dan, saritlu intervista qasira mis-Sur Kevin Schembri (wiehed mill-prezentaturi tal-programm Tutto Sport) fejn dan il-plejer ta l-opinjoni tieghu dwar il-polza tac-Champions League 2008/2009 li se tara lil Juventus jilghabu kontra Chelsea, dwar il-kampjonat Taljan 2008/2009 kif ukoll dwar il-futur tal-istess Fausto Rossi. Dan kien moment verament emozjonanti u fejn zgur ghal darb'ohra pogga lil Radju Santa Katarina bhala Radju serju li jitrazmetti programmi ta' interess u ta' livell gholi.

 

L-ghada t-Tlieta 23 ta' Dicembru, waqt laqgha li dan il-plejer kellu mal-membri tal-Juventus Club Vero Amore ta' Malta, is-Sinjuri Manuel Bugeja u Kevin Schembri ipprezentaw flokk ta' Radju Santa Katarina kif ukoll DVD tal-festa ta' Santa Katarina 2008 bhala rikordju.

 

Minn hawn, f'isem is-Sotto-Kumitat ta' Radju Santa Katarina, nixtieq nirringrazzja lil Fausto Rossi ghad-disponibilta' tieghu kif ukoll lill-Kumitat ta' Juventus Club Vero Amore ta' Malta li taw il-koperazzjoni kollha taghhom sabiex din l-intervista setghet issehh LIVE nhar it-Tnejn 22 ta' Dicembru 2008 fuq Radju Santa Katarina.

juve 01
juve 02
developed by CasaSoft