Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


L-Aħħar Jum tat-Tridu

« mur lura

Knisja Matriċi u Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq u toroq taz-Zurrieq - 6:00 p.m. 'l quddiem


Għeluq taċ-Ċelebrazzjoni tal-200 anniversarju mill-miġja tal-Vara ta’ Santa Katarina V.M. fil-parroċċa taż-Żurrieq
 

Fis-6.00 p.m.: Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali li matulha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Katarina V.M. Iqaddes l-Arċipriet W.R. Dun Karm Mercieca.
Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fis-7:30 p.m.: Ħruq ta' Murtali tal-Beraq, Murtali tal-Kulur u Kaxxa tal-Kulur maħdum mill-Membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fis-St. Catherine Fireworks Factory.

Fit-8.30p.m.: Marċ mill-Banda San Ġużepp ta' Ħal-Kirkop b'Dimostrazzjoni bil-Vara ta' Santa Katarina V.M. li ser jibda minn Triq il-Kbira u jgħaddi minn Misraħ Repubblika, Triq Santa Katarina, Triq il-Ħaddiema, Misraħ Mattia Preti, Triq P.P. Saydon u Misraħ ir-Repubblika fejn fi tmiem il-Marċ il-Vara ta' Santa Katarina V.M. tittella' fuq il-Pedestall quddiem id-Dar ta' l-Arċipriet.
Wara se jkun qed isir Show ta' Nar sinkronizzat mal-Mużika maħdum mill-Membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fis-St. Catherine Fireworks Factory.

 

 
developed by CasaSoft