Briju
Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M hi magħmula
minn diversi sotto-kumitati liema sotto-kumitati kollha għandhom diversi oqsma illi jkunu responsabbli minnhom matul il-jiem tal-festa. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti hi responsabbli mill-Briju li jsir fil-Festa tagħna. Infatti meta twaqqfet din is-Sezzjoni fis-Soċjeta’ tagħna, ix-xogħol tagħha minn April sa Awissu kien jikkonsisti billi torganizza aktar liż-żgħażagħ ferm numerużi fil-briju tal-marċijiet li jsiru fil-festa.

Minbarra l-bnadar, il-bżieżaq u d-diversi affarijiet oħra li naraw fil-festa, f’dan il-
qasam il-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ jużaw il-kreattivita’ tagħhom sabiex kull sena, matul il-jiem tal-festa, wara tant sagrifiċċju, naraw affarijiet tal-briju oriġinali. Fejn tidħol l-oriġinalita’, minn dejjem konna fuq quddiem sew f’raħalna u anke f’pajjiżna. U hawn ta’ min isemmi ftit mill-ħafna affarijiet oriġinali illi saru matul is-snin. Fl-1994 sar iljun mekkanizzat, fl-1995 saret arma 3D bil-fjuri tal-karti, fl-1997 sar computer li jbiddel il-faċċata tiegħu għal 3 darbiet, fl-1998 sar computer ieħor, din id-
darba bil-bozoz, fis-sena 2000 saret xibka kbira li għattiet il-pjazza bl-ittri VSK, fl-2003 saret sorpriża bl-isem Il-Parroċċa ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq, u fl-2005 saret l-Imrewwħa Grandjuza Mekkanizzata.


Sorpriżi ta' Matul iż-Żmien
Preparamenti u Briju ta' Matul il-Festa