Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ottubru 2017
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Amministrazzjoni

 

It-tmexxija tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. hija fdata fil-Kumitat Eżekuttiv li jiġi elett kull sena b'elezzjoni li tinżamm apposta. Il-kariga ta' President tiġi wkoll magħżula permezz ta' elezzjoni, iżda din issir kull sentejn.

Il-President flimkien mall-Kumitat Eżekuttiv ta' kull sena jaħtru diversi sezzjonijiet u sotto kumitati sabiex flimkien jaħdmu b'għan wieħed skond l-Istatut tas-Soċjeta'. L-aħħar statut ġie approvat fiż-żewg Seduti Ġenerali Straordinarji li nżammu apposta nhar il-Ħadd 3 u 10 ta' Mejju 1998.

Matul is-sena jsiru diversi laqgħat kemm mill-Kumitat Eżejuttiv kif ukoll is-Sezzjonijiet u s-Sotto Kumitati. Wieħed jista' jsemmi li dawk li jiġu appuntati ta' kull sena huma s-Sotto Kumitat Armar, Sezzjoni Dilettanti tan-Nar, Sezzjoni Nisa, Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti kif ukoll is-Sotto Kumitat Banda. Minbarra dawn il-kumitat ġieli jkollu bżonn jaħtar sotto kumitati jew delegazzjonijiet sabiex jaħdmu f'xi qasam partikolari bħal każ tas-Sotto Kumitat bini tal-Każin u oħrajn.

M'hemm dubju li biex isir ħafna xogħol trid ħafna nies kemm fit-tmexxija kif ukoll biex jgħinu fix-xogħol li jkun għaddej. U propju b'hekk is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq hija waħda mill-akbar soċjetajiet f' Malta.

Is-Suċċessi li minn dejjem inkisbu mis-Soċjeta' huwa propju għax dejjem kien hemm tmexxija serja bl-għajnuna tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.

 

developed by CasaSoft