Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Lulju 2018
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Merħba lill-Gran Mastru

« mur lura

Toroq taz-Zurrieq

Il-Ħadd, 20 ta' Mejju 2018 - 09:00 a.m. sa nofs inhar

 

Bi pjaċir is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. tippreżenta re-enactment li jfakkar il-ġurnata meta Ferdinand Von Hopesch, Gran Mastru ta' l-Ordni ta' San Ġwann għamel żjara storika fiż-Żurrieq.


Ingħaqad magħna ġewwa ż-Żurrieq nhar il-Ħadd 20 ta' Mejju mid-9.00 ta' filgħodu sa nofs inhar fejn flimkien immorru lura fiż-żmien u ngħixu dawk il-mumenti importanti fl-istorja ta' raħalna bi spettaklu uniku ta' parati differenti, ġlied bix-xwabel, sparar ta' armi tan-nar, żfin tradizzjonali bi ħwejjeġ tan-nobbli, għana, esebizzjoni ta' tjur minn Sharp Sight Falconry kif ukoll wirja ta' snajja tradizzjonali. Ma jistax jonqos ssib ukoll ikel bnin u nbid Malti.

 

Grupp ta' persuni miż-Żurrieq ser jingħaqdu ma tim professjonali mill-grupp tal-In Guardia taħt il-patroċinju tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu.

 

Din l-attivita' ser tkun organizzata mis-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. fl-okkażjoni tal-200 sena mil-wasla tal-Vara Titular ta' Santa Katarina fil-Parroċċa taż-Żurrieq (1818-2018).


Dħul huwa b'xejn.

 

Ghal aktar informazzjoni nistiednuk izzur ukoll il-pagna ta' Facebook billi taghfas HAWN.  

developed by CasaSoft