Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2008
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

25 ta' Novembru

Jum Santa Katarina jerga jidhol lura fil-messal Ruman


...Ferha kbira ghalina z-Zrieraq u ghad-devoti kollha ta' Santa Katarina Vergni u Martri ta' Lixandra

Mehtiega xi prova tad-devozzjoni li l-Qdusija Tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II Monasteru fis-Sinaighandu lejn il-Qaddisa Patruna taghna Santa Katarina ta' Lixandra, din waslet f'dak il-vjagg tieghu lejn il-Monasteru taghha fis-Sinaj nhar is-26 ta' Frar 2000. F'dan il-pellegrinagg storiku rajna lill-Papa jinzel gharkubtejh, jitlob quddiem il-fdalijiet ta' gisem il-qaddisa taghna Santa Katarina u mbaghad ftit hin wara jersaq lejhom, iqimhom u jbushom. Fi tlett okkazzjonijiet waqt dan il-vjagg il-Papa fahhar lill-Il-Papa jbus il-Fdalija ta' Santa KatarinaSanta Katarina b'dawn il-frazi:

» minn din il-muntanja post ta' talb taht il-protezzjoni tal-Martri Qaddisa Santa Katarina ta' Lixandra
» Lil Santa Katarina ta' Lixandra li l-fama taghha ghadha hajja fid-devozzjoni ta' l-insara u fl-isem ta' hafna knejjes fil-pajjizi tad-dinja
» Hawn il-Gisem tal-Martri Santa Katarina sab l-ahhar post tieghu tal-mistrieh


U bhal li kieku din il-prova ma' kienetx bizzejjed sabiex turi l-kobor ta' l-Qaddisa Patruna taghna fi hdan il-Knisja Kattolika u madwar id-dinja kollha, nhar it-22 ta' Marzu 2002, il-Qdusija tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II approva li Jum il-25 ta' Novembru - Jum Santa Katarina jerga' jiddahhal fl-edizzjoni l-Gdida tal-Missal Universali Ruman.

Din kienet ahbar sabiha u nghid il-verita' ftit mistenniha li nistlet ferh li ma' jitfissirx fi qlub iz-Zrieraq devoti ta' Santa Katarina. Din l-ahbar esklussiva harget mill-'Osservatore Romano', Edizione Settimanale n. 13 tad - 29 ta' Marzu 2002 f'paGni 11-12. L'Osservatore Romano, li huwa l-Gurnal ufficcjali tal-Vatikan habbar li nhar it-22 ta' Marzu 2002, fis-'Sala Stampa' tas-Santa Sede, il-Kardinal Jorge Arturo Medina Estevez, Prefett tal-Kongregazzjoni ghall-Kult Divin u ghad-Dixxiplina tas-Sagramenti; l-ArCisqof Francesco Pio Tamburrino, Segretarju; Mons. Mario Marini, Sotto-Segretarju; u Patri Anthony Ward S.M. Ufficcju Kap ta' l-istess Kongregazzjoni, ipprezentaw lill-mezzi tal-komunikazzjoni permezz tal-gurnalisti. L-Editio typica tertia' tal-Missal Ruman, l-edizzjoni l-gdida tal-Missal Universali Ruman, approvat mill-Qdusija Tieghu nnifsu, il-Papa Gwanni Pawlu II.

Din l-'Editio typica' tal-ktieb l-aktar importanti fil-Liturgija tal-Knisja hi r-rizultat ta' snin twal ta' hidma u konsultazzjonijiet. Hi l-edizzjoni ufficcjali tal-Knisja Kattolika ghac-celebrazzjoni ewkaristika bil-latin u li fiha u b'fedelta' kbira lejha l-Konferenzi Episkopali ta' kull pajjiz iridu jirrevedu t-traduzzjonijiet uzati bhalissa. Ir-revizjoni tal-Missal Ruman tradott fil-lingwa tal-post ikollha bzonn imbaghad l-gharfien tas-Santa Sede. Dan il-process jiggarantixxi l-unita' fir-Rit Ruman mad-dinja kollha.

F'din l-edizzjoni gdida u ufficcjali tal-Missal Ruman wiehed isib talb, quddisiet godda tal-Madonna, talbiet ewkaristici ghall-quddies tar-rikonciljazzjoni, tat-tfal u ghal diversi htigijiet. Il-Missal Ruman jishaq fuq il-partecipazzjoni attiva fil-liturgija u l-gieh spiritwali tal-poplu nisrani. Jitkellem ukoll fuq iktar possibilita' li l-poplu jitqarben biz-zewg speci ewkaristici, dejjem skond id-direttivi ta' l-Isqof tal-post. L-edizzjoni l-gdida taghti wkoll kriterji ghall-inkulturazzjoni liturgika fid-dawl tal-kultura tal-post. Wiehed isib ukoll accenn ghall-mumenti ta' silenzju fic-celebrazzjonijiet kif ukoll kwantita' ta' testi muzikali bil-gregorjan.

Fil-Missal Ruman il-gdid gew ukoll mdahhla diversi celebrazzjonijiet 'godda' tal-qaddisin fosthom ta' l-Isem Imqaddes ta' Gesu (3 ta' Jannar); tal-Vergni Mqaddsa Marija ta' Fatima (13 ta' Mejju); ta' l-Isem Imqaddes ta' Marija (12 ta' Settembru), u ta' ferh kbir ghalina z-Zrieraq, dik tal-Patruna tar-rahal taghna Santa Katarina ta' Lixandra (25 ta' Nvembru).

Ahna d-devoti ta' Santa Katarina ghandna verament ghalfejn inkunu grati lejn il-Qdusija Tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II u nitolbu lil Qaddisa Patruna taghna sabiex tkompli taghtih id-dehen u s-sahha li jmexxi l-Knisja Kattolika. Santa Katarina nitolbuk tharisna u tahfer lil dawk kollha li b'xi mod offendewk bi kliemhom u bi xnijat foloz li qalghu fuqhek.

                               
developed by CasaSoft